Is-sit FirstMalta, bassara indipendenti tat-temp, innotaw li ammont kbir ta’ kummenti fuq il-midja soċjali qed joħolqu xi ftit ta’ allarm hekk kif ħafna qed jgħidu li nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru mistennija ammont kbir ta’ xita.
Iżda skont FirstMalta.com dan mhux minnu hekk kif it-Tnejn mhux mistennija xita iżda l-ġurnata se tkun b’xi perjodi ta’ sħab, bir-riħ Punent Majjistru Forza 4 – 5, bl-ogħla temperatura tilħaq is-27C u l-inqas ikun 19C.
Skont l-istess sit ix-xita hi mistennija għada l-Ħadd 24 ta’ Settembru, u tista’ tkun akkumpanjata minn xi sajjetti, iżda mhux qed nistennew xi ammont kbir ta’ xita, bl-ikbar probabbiltà ta’ xita tibqa’ għall-wara nofsinhar.