Kevin Borg ta 35 sena mil-Qawra ntbagħat 16-il xahar ħabs wara li ammetta akkużu ta serq aggravat, falsifikazzjoni ta’ liċenzji tar-reġistrazzjoni tal-karozzi u li kien riċediv għal-serqa li kien wettaq fuq anzjana fil-Fgura aktar kmieni dan ix-xahar. Il-każ seħħ filgħodu hekk kif allegatament Borg mar fuqha u serqilha ġirżirana li kienet liebsa.
Ħu l-akkużat, Anthony Borg li joqgħod Bormla qed jiċħad l-akkużu kontrih li kien kompliċi fir-reat, li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja u li nstab li kien qed iġorr numru ta’ għodda bl-intenzjoni li jwettaq serqa. Borġ baqa’ jsostni li kull ma kien qed jgħamel huwa li jwassal lil ħuħ minn post għall-ieħor. Iż-żewġ irġiel qed ikunu akkużati wkoll li żammew lill-anzjana kontra r-rieda tagħha u li kienu fil-pussess ta’ oġġetti misruqin.
Meta Borg kien mistoqsi x’għamel bil-ġirżirana misruqa huwa qal li kien użaħa sabiex itaffi id-dejn kawża tal-użura.
Meta kkunsidrat l-ammsisjoni ta’ Borg il-qorti preseduta mil-Maġistrat Dr Joe Mifsud tat sentenza ta’ ħabs effettiva kif ukoll poġġiet lil Borg taħt ordni ta’ trattament għal tliet snin. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-anzjana.