Anqas persuni fil-faqar bl-istħarriġ ppubblikat kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, li minnu tinħadem iċ-ċifra tal-persuni li qegħdin jgħixu fir-riskju tal-faqar, juri li fl-aħħar sena kien hemm tnaqqis ta’ kwazi 9,000 ruħ fil-persuni li kienu fir-riskju tal-faqar jew fl-esklużjoni soċjali. Mill-istatistka joħroġ ukoll li kien hemm tnaqqis ta’ madwar 36,000 ruħ fil-pesrsuni meqjusa li huma mċaħħda mill-bzonnijiet tal-ħajja.
Skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-persuni fir-riskju tal-faqar f’Malta u Għawdex kienu jgħoddu 85,288, jew 20.1 fil-mija tal-popolazzjoni. Fir-rapport tas-sena l-oħra ir-rata kienet ta’ 22.4 fil-mija meta l-persuni fir-riskju tal-faqar kienu jgħoddu 94,250.
L-istħarriġ li jinħadem fuq id-dhul tal-2015, juri li t-tnaqqis fil-popolazzjoni fir-riskju tal-faqar kien f’għadd ta’ kategorija fosthom familji bit-tfal (-3.4%) u anke mingħajrhom (-1.3%). Miċ-ċifri joħroġ ukoll li naqsu b’ħamsa u tletin elf il-persuni klassifikati bhala li għandhom diprevazzjoni materjali severa li nizlu għal 4.4 fil-mija, 3.7% inqas mit-8.1 fil-mija fir-rapport tas-sena l-oħra.
Persuni kunsidrati li għandhom diprevazzjoni materjali huma dawk li ma jaffordwax erbgħa minn disa’ nefqiet fosthom li darba iva u darba le jieklu laħam jew ħut, jew ma jkunx jistgħu jmorru għal btala, jew ikollhom spiża għax-xiri ta’ karozza, televizjoni u l-magna tal-ħasil.
Fil-fatt dan it-tnaqqis kien rizultat tal-fatt li matul is-sena li għaddiet kienu aktar il-familji li setgħu jmorru għal btala darba f’sena, aktar familji setgħu jsaħħnu djarhom fix-xitwa u li darba iva u darba le setgħu jaffordjaw jixtru laħam, tiġieġ u ħut.
L-Uffiċċju tal-Istatistika spjega li d-dħul medju tal-familja zdied minn €31,429 għal €31,655 filwaqt li d-dħul medju disponibbli zdied minn minn €25,960 ghal €26,247. Konsegwenza ta’ din iż-żieda fid-dħul, għoliet għal €8,143, is-somma li min jaqla’ inqas minnha jkun kkonsidrat fir-riskju tal-faqar.
Iċ-ċifrji juru wkoll li dak li qed jgħixu bi dħul inqas minn dak stabbilit sabiex wieħed ikun fil-faxxa tar-riskju tal-faqar żdied biss b’0.2 fil-mija mis-sena ta’ qabel, fattur li huwa deskritt bħala normali minħabba li t-total ta’ dħul disponibbli qed jogħla kull sena.
Konferma ta’ dan toħroġ mill-fatt li dawk li qegħdin f’riskju ta’ faqar jew eskluzjoni socjali issa niżlu għal 20.1 fil-mija meta għas-sena li għaddiet. Tnaqqis ta’ 2.3 fil-mija mqabbel mal-2015. Iċ-ċifri juru wkol li l-faqar fost iż-żgħażagħ ta’ 18-il sena niżel b’4.2% waqt li kien irreġistrat tnaqqis ta’ 3.2% għal persuni bejn it-18-il sena u l-64 sena.