Il-Kap ta’ Ryanair, Michael O’Leary qal li l-kumpanija qed tippjana li tgħid lil uħud mill-piloti tagħha biex imexxu l-pjanijiet li għandhom tal-vaganzi tagħhom b’ġimgħa hekk kif qed jiġġieldu biex isolvu l-problema ta’ diversi titjiriet li ġew ikkanċellati.
Ħabbar dan waqt il-Laqgħa Annwali tal-linja tal-ajru f’Dublin.
Ryanair se tkun qed tikkanċella madwar 40 sa 50 titjiera kuljum għal dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin, dan wara li l-kumpanija ammettiet li għamlet żball meta ppjanat il-vaganzi tal-piloti.
O’Leary qal li wħud mill-piloti ġew offruti żieda ta’ €10,000 fil-paga bil-patt u l-kundizzjoni li joffru l-għajnuna tagħhom.
Hu qal li din l-offerta tapplika għall-piloti tal-ajruporti ta’ London Stansted, Dublin, Frankfurt u Berlin.