L-Uragan Maria qata d-dawl fil-gżejjer ta’ Puerto Rico, li fihom jgħixu tlett miljun u ħames mitt elf persuna.
Abner Gomez, il-kap tal-aġenzija tal-immaniġjar tad-diżastru, qal li ħadd mill-klijenti tal-Electric Power Authority ta’ Puerto Rico ma kellhom dawl.
Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Istati Uniti tal-uragan qal li għargħar katastrofiċi kienu qed jeqirdu meded kbar tal-gżira.
Il-Gvernatur tal-pajjiż Ricardo Rosello qal li s’issa kienet irrappurtata fatalita waħda. Dan kien raġel li ntlaqat minn tiġrif li kien qed itir.