Ħadd ma weġġa’ wara li sfronda saqaf ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq Pace, Tas-Sliema.
Huwa mifhum li fil-viċinanzi kien hemm krejn li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni. Il-krejn kien qed itella’ xi ġebel meta ċedew fuq is-saqaf tal-blokka.
B’riżultat ta’ dan, sfronda s-saqaf ta’ dawn l-appartamenti.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.00.
Dwar il-każ se tinfetaħ inkjesta biex jiġi stabbilit x’wassal biex dan is-saqaf jisfronda.