Mill-20 ta’ Mejju sas-6 ta’ Ġunju se ssir Move Week – attivitajiet sportivi inidirizzati kemm għat-tfal u anke għal dawk l-istudenti tas-sekondarja, sa 15-il sena.
L-attivitajiet ivarjaw, mhux biss fin-natura tagħhom imma anke fil-lokalità fejn se jsiru; minn beach sports fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbugia sa mixi f’Kemuna.
Il-qofol jintlaħaq nhar is-sitta ta’ Ġunju fil-Marsa Sports Complex, b’attività li se tinkludi 4,000 student. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius u ċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport qalu li din hija inizjattiva biex tindirizza l-obezità u l-bzonn li l-poplu Malti jkun aktar attiv.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet spikkaw tfal jilgħabu logħob tradizzjonali bħal żibeġ, boċċi u passju.