Taljana ta’ tlieta u għoxrin sena ntlaqtet minn vettura tat-tip Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ għoxrin sena residenti Ħad Dingli.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin minuta ta’ dalgħodu fi Triq Ġorġ Borġ Olivier f’San Ġiljan.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn iżjed tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.