Ġuvni ta’ 23 sena ammetta li qatel tifla ta’ sentejn minn Perthsire, bl-isem ta’ Harlow Edwards, wara li saq b’mod perikoluż bil-konsegwenza li tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fuq it-tifla li kienet fuq il-bankina.
Luke Pirie tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u kkawża l-mewt ta’ tifla ta’ sentejn f’Coupar Angus f’Ottubru li għadda.
Il-Qorti f’Edinburgh semgħet kif omm Harlow, Sara, lanqas fadlilha kliem biex tiddeskrivi kif tħossha wara t-telfa ta’ bintha.
Pirie, li jgħix Forfar, se jkun qed jingħata s-sentenza finali fi Glasgow fl-4 ta’ Ottubru.
Hu ammetta wkoll li kkawża ġrieħi serji fuq żewġ persuni, tifla ta’ 17-il sena u tifel ta’ sitt snin waqt l-istess inċident.