Minn Mejju li ġej tas-sena 2018, il-linja nazzjonali Air Malta se tkun qed tirritorna t-titjiriet lejn Manchester.
“F’konformità mal-istrateġija ta’ tkabbir tagħha, l-Air Malta hija impenjata biex tkompli tespandi r-rotot u l-frekwenzi tat-titjiriet tagħha lejn l-ajruporti ewlenin tal-Ewropa. Id-deċiżjoni tal-Air Malta tqis numru ta’ fatturi, fosthom l-istrateġija kummerċjali aggressiva l-ġdida, prodotti u bidliet fit-tariffi li ser jitniedu daqt u ftehim kummerċjali mġedded ma’ Tour Operators ewlieni li ser jikkometti numru ta’ siġġijiet fuq kull titjira,” qal Dr. Konrad Mizzi, il-Ministru għat-Turiżmu.
Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta żied, “Ninsabu tassew ferħanin li ser nirritornaw lejn Manchester, fejn inizjalment ser noperaw bi frekwenza ta’ darba fil-gimgha kull nhar ta’ Tlieta. Bħalissa qed jigu studjati frekwenzi addizzjonali. Matul l-aħħar ftit ġimgħat it-tim tal-bejgħ tagħna ħadem ħafna biex jiksebopportunitajiet kummerċjali ġodda u jingħaqad ma’ parteċipanti ewlenin fl-industrija biex din ir-rotta terġa’ tibda topera. Il-kuntratti kollha tal-passat relatati mal-operat tat-titjira ġew riveduti u t-termini l- ġodda li ġew innegozjati huma mistennija li jnaqqsu l-ispiża tal- operat.”
“Din hija aħbar tajba oħra kemm għall-Maltin kif ukoll għal sħabna fir- Renju Unit li jżuru ż-żewġ pajjiżi, li jew jivvjaġġaw fi gruppi jew jagħmlu l-arranġament individwali tagħhom,” żied is-Sur Sies.
L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ Manchester hi prova oħra tal-istrateġija l- ġdida tat-tkabbir tal-Air Malta. Ftit ilu tħabbru Frankfurt, Tuneż u Tel Aviv.
It-titjira ser topera kif ġej: