Il-kantanta Ira Losco spjegat id-deċiżjoni tagħha li ma tgħidx mill-ewwel li hija tqila. F’intervent fil-programm Arena fejn irriflettiet ukoll dwar l-attakki personali li saru fil-konfront tagħha stqarret li ma ridetx li jkun hemm min jorbot it-tqala mal-prestazzjoni jew ir-riżultat tagħha.
“Għalhekk ma xtaqtx ngħid. Imma mbagħad bdejt nidher u n-nies bdew jistaqsu u kelli d-dmir li ngħid,” qalet il-kantanta bi tbissima.
https://www.youtube.com/watch?v=2A1R75RXkoA&feature=youtu.be
Mitluba tgħid kif ireaġixxiet għal attakki fuq facebook, Losco qalet li l-managment ħadilha l-mobile biex tiffoka biss fuq il-prestazzjoni tagħha. “Naħseb li issa l-iktar li se nkun protective fuq it-tarbija li ġejja fid-dinja. Qabel kont inkun protective fuq il-familja u dawk qrib tiegħi. Qisni tgħallimt li fuqi ma nieħux għalija. Ma nafx ux għax maturità jew għax smajt minn kollox,” qalet il-kantanta,.
Ira Losco tat x’tifhem li diġa’ qed timmisja l-ħajja bieżla u indikat b’mod ċar li ħsiebha diġa’ qiegħed f’iktar ħidma u proġetti ġodda.