Ilma ta’ drenaġġ li tliet xhur ilu beda jiġi ttrattat f’ilma ta’ kwalità għat-tisqija tar-raba’ fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta qed iħalli l-frott.
Bdiewa li tkellmu ma’ ONE NEWS dwar dan l-ilma li qed jingħataw b’xejn mill-Gvern biex isaqqu l-uċuħ tar-raba’ tagħhom esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom għall-investiment li sar biex jissaffa dan l-ilma flok jibqa’ jintrema’ l-baħar.