Minn tal-inqas 50 persuna tilfu ħajjithom f’żewġ attakki fin-Nofsinhar tal-Iraq.
Fl-ewwel attakk aggressur armat daħal f’ristorant qrib Nasiriya, fejn qabad jispara.
Ftit wara karozza bomba splodiet qrib checkpoint, F’rapport minnhom intqal li minn tal-inqas erba’ persuni mill-Iran huma fost dawk li tilfu ħajjithom.
Kien il-grupp terroristiku Daesh li qal li l-attakk twettaq f’ismu.