Il-Kap caretaker tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, sejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari għal-lum fit-15:00. Dan qabel ilaqqa’ l-Kumitat Amministrattiv u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Mhux magħruf x’inhi l-aġenda tal-laqgħa li ma kinetx skedata u li ssejħet ftit tal-ħin qabel.
Il-laqgħa se ssir jumejn qabel il-vot u filwaqt li hemm min qed jaħseb li se tiddiskuti t-triq ‘il quddiem għall-Partit Nazzjonalsita wara l-ħatra tal-Kap ġdid nhar is-Sibt, oħrajn mhumiex jeskludu sorpriżi fid-dawl kif żviluppaw l-affarijiet fl-aħħar xhur.