Minn tal-inqas, ħamsa u għoxrin student u għalliem tilfu ħajjithom wara li nirien ħakmu skola reliġjuża fil-kapitali tal-Malasja, Kuala Lumpur.
Dawn in-nirien qed jitqiesu bħala fost l-għar diżastri fl-aħħar għoxrin sena.
L-istudenti jidher li kienu lkoll subien ta’ bejn it-tlettax u s-sbatax-il sena.
Fi skejjel ta’ din ix-xorta, fejn it-tfal jistudjaw il-Quran, l-istudenti ħafna drabi jgħixu fl-iskejjel stess.