Carmel Cacopardo huwa l-uniku persuna li tefgħet in-nominazzjoni għal Chairperson tal-Alternattiva Demokratika.
Wara li l-Alternattiva Demokratika kisbet inqas minn wieħed fil-mija tal-voti mixħuta fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Arnold Cassola ħabbar ir-riżenzja tiegħu u ħabbar li mhux se jikkontesta għall-ogħla kariga fil-Partit.
Cacopardo eks kandidant u eks President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista mistenni jinħatar Chairperson tal-Alternattiva Demokratika f’laqgħa straordinarja li se ssir nhar is-Sibt li ġej.