Il-Ministru Konrad Mizzi qal li t-Times of Malta qiegħda tinterpreta b’mod żbaljat u tiżgwida lill-qarrejja tagħha meta tikwota biografija qasira tal-esperjenzi professjonali tiegħu. Dan id-dokument intuża meta Mizzi kien kandidat fl-elezzjoni ġerenali li għaddiet.
L-artiklu jgħid li Konrad Mizzi ġġenera €6.4 miljun dħul, b’mod personali. Mizzi ċċara li dawn ovjament kienu ġġenerati għal kumpanija li għaliha kien jaħdem, u mhux għalih personalment.
Żied jgħid li min jaqra dik il-kitba barra mill-kuntest tagħha, ikun qiegħed jaqra materjal barra mill-kuntest tiegħu, għal skopijiet malizzjużi.
L-artiklu tat-Times