Il-mexxej ta’ Myanmar Aung San Suu Kyi mhux se tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda l-ġimgħa d-dieħla, hekk kif qed tkompli tikber il-kritika fuq kif immaniġġjat il-kriżi ta’ Rohingya.
Madwar tlett mija u sebgħin elf Musulmani minn Rohingya qasmu lejn Bangladesh mindu l-vjolenza fl-istat Rakhine eskalat ix-xahar li għadda. Suu Kyi qed taffaċċja allegazzjonijiet minn partitarji fil-Punent li falliet milli titkellem kontra l-vjolenza.
Il-militar ta’ Myanmar qal li qed jiġġieled kontra militanti ta’ Rohingya u ċaħad rapporti li qed tattakka nies ċivili. Zaw Htay, kelliem tal-gvern għal Suu Kyi, qal li l-kunsillier tal-istat mhux se tattendi l-Assemblea Ġenerali, fejn kienet tkellmet is-sena l-oħra.