Simon Busuttil tant hu negattiv li lanqas b’vot favurih ma kien kapaċi jifraħ. Ried bilfors joħroġ stqarrija negattiva. Stqarrija bbażata fuq kwistjoni li ma teżistix.
Qal dan il-Partit Laburista b’risposta għal stqarrija tal-PN.
Stqarrija li fiha l-PN minflok feraħ għar-riżultat miksub minn Busuttil – miksub anke grazzi għall-vot tal-MEPs Laburisti – kritika l-fatt li l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista Alfred Sant ma ħax sehem fil-votazzjoni.