L-Amministrazzjoni tal-Katidral ta’ Għawdex qalet li lesta tesplora possibbiltajiet ġodda dwar il-proġett propost għall-parkeġġ, bil-għan li l-binja tad-dar tal-familja Magri, ma titwaqqax.
Din id-dar qajmet kontroversja hekk kif għaqdiet ambjentali u tal-wirt kulturali opponew li din it-triq titwaqqa’ biex tkun parti mill-proġett. “L-amministrazzjoni tal-Katidral qiegħda tagħmel dan filwaqt li tibqa’ temfadizza b’konsisntenza l-ħtieġa għall-faċilitajiet ta’ parkeġġ fid-dintroni, kif ikkontemplat u propost fil-Masterplan taċ-Ċitadella,” qalet l-amministrazzjoni tal-katidral. L-amministrazzjoni tal-Katidral tirrimarka wkoll li l-kritika u l-oppożizzjoni kontra da nil-proġett mhux dejjem kienu preċiżi u veritiera u għalhekk ma tistax ma turix id-diżaprovazzjoni tagħha lejn dak li ddeskriviet bħala antagoniżmu.
Qalu li din id-dar ma tistax titqies bħala xi patrimonju straordinarju ta’ Guże Damato kif imostni ripetutament għal skopijiet sensazzjonali, l-amministrazzjoni tal-Katidral tassigura lill-pubbliku inġenerali li għandha r-rieda tajba biex issib soluzzjoni fl-aħjar interess tal-membri tagħha li ilhom imwegħdin il-faċilitajiet tal-parkeġġ u li fud dan is-sit għandhom id-drittijiet.