Branko Nisevic tkeċċa minn kowċ ta’ Hibernians. Bħalma jiġri ħafna drabi fi stqarrija tal-klabb intqal li ntlaħaq qbil biex Nisevic ma jibqax kowċ tat-tim.
Nisevic kien ilu fit-tmexxija tat-tim tliet snin u rebaħ ukoll kampjonat. Jidher li l-klabb ta’ Raħal Ġdid qed iħares lejn kowċ barrani.