Festa QARGĦASEL qed tigi organizzata mill-Kunsill Lokali Mosta u se tittella’ mis-7.00 p.m. ’l quddiem, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru, fil-wesgħa ta’ ħdejn ir-Rotunda u fit-toroq tal-madwar, se jkun hemm diversi attrazzjonijiet għal dawk li jattendu.
It-tema ta’ din is-sena ħarget mil-fatt li l-qargħa ħamra u l-għasel huma żewġ ingredjenti popolari ħafna ferm fost il-Mostin.
Il-motto tal-Mosta “Spes Alit Ruricolam” jagħti xhieda lill-imgħoddi rurali tal-lokalità tal-Mosta. Fil-fatt, il-motto tal-Mosta ifisser ‘’It-tama ssaħħaħ lill-bidwi’’. Kultura u tradizzjoni li fasslu missirijietna msejjsa fuq l-prodotti agrikoli.
Għalkemm l-innovazzjoni u l-avvanz teknoloġiku qiegħed kull ma jmur jiżdied, it-tradizzjoni u l-kultura jibqgħu importanti fil-ħajja tagħna l-Maltin. Kunċett ġdid marbut ma’ żewg prodotti tipikament lokali, l-qargħa ħamra u l-għasel ser jkunu l-qofol ta’ Festa QARGĦASEL, attività kulinarja u kulturali li żgur ser tkun qed tiġbed l-attenzjoni ta’ bosta minħabba li bl-innovazzjoni tagħha li ġġib flimkien żewg prodotti lokali.
Fost l-attivitajiet se jkun hemm il-qari tal-bandu tal-ftuħ, għana, żfin tradizzjonali, rievokazzjoni ta’ tieġ Malti tal-passat, ktejjeb edukattiv tal-okkażjoni, banda, taħditiet, ikel u xorb, u aktar.
It-tradizzjoni tgħid li t-torta tal-qargħa ħarma kienet popolari ferm mal-Mostin u tmur lura snin kbar filwaqt li l-għasel hu mifhum li kien abbundanti fil-wied li jaqsam l-Mosta u li jġib ismu – Wied il-Għasel. Tradizzjoni antika issostni li ammont ta’ naħal kienu jipproduċu ammont kbir ta’ għasel fix-xegħdi tagħhom li kienu jinsabu fil-blat, li f’ċertu żminijiet kien evidenti l-għasel jċarċar mal-blat.
Bosta gabbani se jkunu qed isajjru ikel tradizzjonali għal dawk kollha li se jkunu qed jattendu għal din s-serata.
L-attività se tkun qed tittella’ mill-Kunsill Lokali Mosta b’kollaborazzjoni tal-Awtorita Maltija tat-Turiżmu, Valletta 2018, u il-Segretarjat Parlamentari għal-Gvernijiet Lokali.