Raġel ta’ 29 sena minn Marsaskala ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li qal li mhux ħati għal numru ta’ serqiet.
Rodrick Grima kien akkużat li s-Sibt filgħodu, seraq wire tal-elettriku minn kumpanija tal-kostruzzjoni bil-konsegwenza li kkawża ħsarat ta’ elfejn u tliet mitt ewro.
Huwa kien akkużat ukoll li f’Awissu wettaq serqa mill-Maltacom filwaqt li seraq ukoll raġel ieħor f’Mejju li għadda.
Meta l-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni li dan ma kienx l-ewwel każ ta’ Grima li ċappas idejh mal-ġustizzja, ddeċidiet li jiġi miċħud il-ħelsien mill-arrest.