Minn tal-inqas, disgħin persuna mietu kawża ta’ terremot li seħħ fil-Messiku.
Kelliem għall-gvern Messikan qal li wieħed u sebgħin persuna nqatlu fl-istat ta’ Oaxaca biss.
Mijiet ta’ familji qed ikun irrapurtat li qed jikkampanjaw fit-toroq, mbeżża’ mill-perikli ta’ aftershocks.
Is-servizz sismoloġiku Messikan qal li seba’ mija wieħed u għoxrin kienu rrapurtati mill-ewwel theżżiża.
It-terremot kien l-aktar wieħed qawwi li ra l-pajjiż f’seklu.