Il-mexxej tal-Qatar appella lil Prinċep tal-Arabja Sawdija biex jiddiskuti l-kriżi bejn Doha u erba’ pajjiżi Għarab. Dan skont il-midja tal-istat taż-żewġ naħat.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet SPA, li topera fl-Arabja Sawdija, l-Emir tal-Qatar qal li kien lest li jiddiskuti t-talbiet imressqa mill-Arabja Sawdija u t-tlett pajjiżi l-oħra.
L-Arabja Sawdija, il-Bahrain, l-Eġittu u l-Emirati Għarab Magħquda waqfu r-rabtiet tagħhom mal-pajjiż ġar tagħhom fil-ħamsa ta’ Ġunju, hekk kif sostnew li l-Qatar qed jappoġġja t-terroriżmu.
Allegazzjoni li l-Qatar ċaħad b’saħħa.