Bdew it-tħejjijiet biex fit-teatru Rialto, f’Bormla, nhar il-Ħadd issir l-attivita politika fejn il-Prim Ministru, Joseph Muscat, mistenni jimmarka l-ewwel mitt jum ħidma wara li l-poplu reġa’ tah mandat ġdid.
Wara sajf ta’ ħidma li ma qatgħet xejn mill-gvern –iżda fejn ikkalmaw xi ftit l-attivitajiet politiċi minn naħa tal-Partit Laburista wara kampanja elettorali –hemm stennija għall-attivita tal-Ħadd.
Dan anke għaliex taħbat fi tmiem ġimgħa fejn il-pajjiż kiseb tkabbir ekonomiku mill-aqwa.
Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, tkellem dwar kif huwa f’dan il-kuntest li mistenni messaġġ b’saħħtu mill-Prim Ministru.