Hekk kif il-maltemp u x-xita ma qatetx qlub il-qaddiefa li jieħdu sehem fit-tiġrijiet tar-Regatta, il-Klabb ta’ Bormla kien dak li kiseb żewġ suċċessi fejn rebaħ żewġ Shields; waħda fil-kategorija Open u oħra f’kategorija B.
Dan hekk kif rebħu tmienja minn għaxar tiġrijiet.
Fil-kategorija Open, Bormla spiċċaw bi 80 punt hekk kif rebħu l-ewwel erba’ tiġrijiet filwaqt li ġew it-tieni fl-aħħar tiġrija. Isla spiċċaw fit-tieni post b’40 punt filwaqt li Marsamxett spiċċaw it-tielet b’20 punt.
Fil-kategorija B, Bormla ġew l-ewwel ukoll bi 80 punt wara li rebħu t-tiġrijiet kollha minbarra waħda. Birżebbuġa ġew it-tieni bi 28 punt filwaqt li l-Isla spiċċaw fit-tielet post b’24 punt.
Ritratt: TVM