David Thake ukoll qed jhedded li jitlaq mill-Partit Nazzjonalista jekk kemm–il darba jilħaq Kap Adrian Delia u din id-darba daħlet fil-kredu l-eks mara ta’ Jason Azzopardi.
Biex it-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompliet tissorprendi u tinżel għal-livelli li qatt ma rajna bħalhom qabel.
David Thake kiteb jekk Delia ma kienx jaf li ppoża mal-eks mara ta’ Jason Azzopardi, xi ħadd mill-kampanja suppost qallu u żied li agħar minn hekk ir-ritratt ittella’ fuq Facebook. Qal li dan juri li lest isawwat taħt iċ-ċintorin.
“A message that he is prepared to hit below the belt,” kiteb Thake li żied “I will have nothing to do with a party led by this sort of leader.”
“If Delia is in, I am out,” kiteb Thake.