Il-Ministru tal-Intern Franċiż żvela li f’appartament ftit ‘il barra miċ-ċentru ta’ Pariġi nstabet mal-mitt gramma ta’ splussiv.
Tlett persuni ġew arrestati b’rabta ma’ din is-sejba hekk kif kollox qed jipponta li seta’ kien qed jiġi pjanat attakk terroristiku.
Hu mifhum li kien hemm pjan biex jiġu attakkati numru ta’ banek.
Sadanittant minkejja li t-tlett persuni ċaħdu li kien hemm xi mottiv terroristiku, ġew interċettati telefonati ma’ gruppi mis-Sirja li qanqlu suspett.