Il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista responsabbli mill-affarijiet tal-parlament, Mario de Marco, illejla qal li l-Oppożizzjoini se tappella deċizjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar l-inammissibbli tal-mozzjoni ta’ sfiduċja ta’ Marlene Farrugia fiċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Ir-ruling talbu l-Kap tal-Oppożizzjoni l-bieraħ li qal li kien sorpriz li l-Kamra tilfet il-poter li tiddiskuti mozzjoni kontra Keith Schembri u għalhekk skont hu d-demokrazija sejra lura.
F’deċizjoni studjata, Dr Farrugia qal li l-ispeaker għandu dritt jirrifjuta li jdaħħal fil-ktieb tal-mozzjonijiet mozzjoni jekk jidhirlu li din ma tkunx ammissibbli. Is-Sur Keith Schembri mhux uffiċjal tal-parlament u kull mozzjoni ta’ sfiduċja trid issir kontra l-ministru li huwa repsonsabbli għalih.
Is-sedja tħossha konfortata li l-proċedura addottata fil-konfront ta’ Marlene Farrugia kienet waħda korretta.