Ditti tal-moda famużi mondjali, fosthom Christian Dior u Gucci, qalu li mhux se jkomplu jqabbdu mudelli li huma taħt il-piż ideali għal fuq il-catwalk.
LVMH u Kering, żewġ kumpaniji kbar fid-dinja tal-moda, ħadu dan il-pass wara li din l-industrija rċeviet kritika dwar kif mudelli li ma jkunux b’piż ideali ikunu qed iħeġġu l-eating disorders.
Mudelli jridu jkunu ta’ daqs ikbar minn 32, daqs Franċiż, għan nisa li jiġi daqs: UK4 jew US0
Il-kumpaniji mhux se jkunu qed jużaw mudelli li huma taħt l-età ta’ 16-il sena, jimmudellaw ħwejjeġ tal-adulti.
Fost il-linji tal-moda li se jkunu qed isegwu din id-direttiva hemm Givenchy, Yves Saint Laurent, Alexander McQueen, Marc Jacobs, Thomas Pink, Fendi u Stella McCartney.