L-Indja sejħet għall-Aġent Kummissarju Għoli tal-Pakistan u ħarġet l-pożizzjoni tagħha dwar l-infiltrazzjoni tal-grupp terroristiku Jaish-Mohammed li qatlu tmien membri tas-siġurtà f’Jammu u Kashmir ix-xahar li għadda.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Esterni ressaq protesta b’saħħitha mal-Aġent Kummissarju Għoli, Haider Shah, dwar l-infiltrazzjoni tal-grupp li ġej mill-Pakistan – grupp li wettaq attakk terroristiku fis-26 ta’ Awwissu.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li l-Pakistan kienet mitluba tinvestiga l-każ u biex twettaq ġustizzja mal-individwi u l-entitajiet responsabbli li wettqu dawn l-attakki.
Il-Ministeru qal li ġew ppreservati kampjuni tad-DNA tat-terrotisti, li jistgħu jiġu pprovduta lill-Pakistan biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.