Gżejjer fil-Karibew għamlu l-aħħar preparazzjonijiet tagħhom għall-uragan, Irma, l-aktar maltempata Atlantika qawwija f’deċenju.
Dan hekk kif uffiċjali qed iwissu bl-effetti katastrofiċi potenzjali ta’ dan l-uragan.
L-uragan ta’ kategorija ħamsa, beda jolqot il-gżejjer Leeward u mistenni jimxi lejn Puerto Rico u r-Repubblika Domnikana.
L-ajruport internazzjonali tal-lokal mistenni jwaqqaf it-titjiriet kollha, filwaqt li eqreb lejn fejn iseħħ il-maltempata, eluf ta’ persuni evakwaw minn żoni li huma f’riskju.
Ir-residenti bbumbardjaw ħwienet tal-ikel, ilma u affarijiet oħra ta’ emerġenza bil-konsegwenza li ċertu affarijiet digà spiċċaw b’nuqqas fil-provvista.
Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump iddikjara stat ta’ emerġenza għal Florida, Puerto Rico u l-Virgin Islands.