Ġurnalista Indjana prominenti, Kritika tal-politika nazzjonalista Hindu nqatlet fl-istat tan-Nofsinhar tal-pajjiz, Karnataka.
Gauri Lankesh, ta’ 55 sena nstabet f’għadira demm fl-għatba tal-bieb tad-dar tagħha, fil-belt ta’ Bangalore.
Hija nqatlet b’tir f’rasha u f’sidirha minn agressuri li waslu bil-mutur.
Il-motiv wara dan l-att għadu mhux ċar iżda attivisti qalu li l-ġurnalisti Indjani qegħdin dejjem aktar ikunu fil-mira ta’ tar-radikali hindu.
Fl-aħħar snin, ġurnalisti li kienu kritiċi lejn dawn il-politiċi, ġew imxejna fuq il-midja soċjali, filwaqt li bosta ġurnalisti nisa ġew mhedda bi stupru u attakk.