Il-pulizija fl-Ingilterra arrestat erbgħa membri tal-Armata Ngliża bħala miżura kontra t-terroriżmu wara li dawn qed jiġu ssuspettati b’involviment fil-partit Neo-Nażi ‘National Action’.
L-irġiel issuspettati qed jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija fl-għassa ta’ West Midlands, taħt suspett li huma kienu parti mill-ippjannar u twettiq ta’ atti ta’ terroriżmu .
In-‘National Action’ saret l-ewwel grupp neo-Nażi Brittaniku li ġie pprojbit f’Diċembru li għadda wara li s-Segretarju tal-Istat Amber Rudd qal li kien qed jippromwovi l-vjolenza u l-atti ta terroriżmu.
Il-membri u l-partitarji ta’ din il-fazzjoni faħħru l-qtil tal-membru parlamentari Ingliża Jo Cox MP lura f’Ġunju tal-2016 minn suprematist, u wettqu serje ta’ dimostrazzjonijiet żgħar iżda vjolenti f’numru ta’ bliet madwar l-Ingilterra.
Wieħed mill-aktar episodji mistmerra minn din il-komunita’ huwa meta membri maskili tagħha – ħafna minnhom ta’ eta’ żgħira ħafna , nġabru barra York Minster biex jagħmlu is-salut ta’ Hitler.