Il-Pulizija kkonfermat li saret operazzjoni oħra fil-Marsa fejn ħadu sehem membri tar-Rapid Intervention Unit u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. L-operazzjoni kienet għadha għaddejja sa ftit ħin ilu.
Ġew arrestati 4 persuni wara li nstabet d-droga fuq il-post. L-operazzjonijiet seħħew qrib il-Knisja tal-Marsa u fi Triq is-Sajjieda.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.