Il-kandidat għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jinsab kburi li bħala kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jagħti lezzjoni ta’ kif taħdem id-demokrazija lill-Partit Laburista.
Fi stqarrija, Delia qal li se jkun qed jagħti lezzjoni lill-Partit Laburista għax qal li se jkunu t-tesserati tal-PN li se jaħtru l-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Dan meta kien il-Partit Laburista li emenda l-ewwel l-istatut tiegħu biex il-mexxej jinħatar mill-membri tal-partit u ma ġiex bżonn ta’ dan il-process għas-semplici fatt li rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’distakk ta’ 40,00 vot fuq il-PN.
Intant fl-istess stqarrija, Delia ħareġ jattakka lill-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina. Qal li huwa inaċċettabbli li l-persuni li qed jappoġġjaw kandidati għal-Kap tal-Partit juru l-appoġġ tagħhom billi jattakkaw kandidat ieħor jew lil persuni li qed jappoġġjawhom.