Kumment tal-President tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina kompla kebbes ix-xrar fl-istess partit b’persuni li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-kandidat Adrian Delia jispiccaw jhedduh u jkellmuh ħazin.
Huwa evidenti li l-inkwiet u l-intriċċi li kkaratterizzaw l-ewwel fażi tal-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista se jkomplu jiqlielu fil-ġimagħtejn li ġejjin sa ma tesserati Nazzjonalisti jivvotaw għall-kap ġdid fis-16 ta’ Settembru li ġej.
Akkumpanjat b’ritratt li jirrappreżenta s-simboli tal-mażunerija, il-President tal-Kumitat Amministrattiv u deputat Nazzjonalista Karol Aquilina kiteb fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li l-agħar ħaġa li tista’ tigrilu partit hija li jinħakem mill-mażunerija.
Minkejja li meta kkuntattjat wieġeb li ma kien qed jirreferi għall-ebda kandidat mit-tnejn li għaddew għall-aħħar fażi tal-elezzjoni, il-kumment ta’ Aquilina ħoloq putiferju sħiħ fuq Facebook, b’ħafna jisfidawh jgħid b’mod speċifiku għal min kien qiegħed jirreferi.
L-ex Sindku tas-Siġġiewi li jmexxi wkoll il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista kien ukoll membru ex offiċio fil-kumitat tal-imgiba xierqa u l-etika li l-ġimgħa l-oħra tqabbad biex jinvestiga l-akkużi serji li saru fil-konfront ta’ Delia fosthom li għandu kont bankjarju f’Jersey u li daħħal mal-miljun dollaru mill-prostituzzjoni.
Minħabba n-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet ċari li ta dwar l-allegazzonijiet li saru kontrih, il-Kunsill li huwa mmexxi mill-Avukat Aquilina qabel b’mod unanimu li Delia kellu jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Nazjonalista. Talba li l-Avukat Delia ġie jaqa’ u jqum minnha u li wasslet ukoll għal attakk fil-miftuħ bejn iż-żewġ esponenti Nazzjonalisti.
Intant il-messaġġ ta’ Aquilna wassal saħansitra biex ex deputati tal-Partit Nazzjonlisti jitolbuh biex jitlaq mill-politika.
Fosthom l-Avukat Louis Cuschieri li qallu biex isemmi l-isem jew l-ismijiet ta’ dawk li skont hu huma mażuni fil-Partit Nazzjonalista inkella jitlaq mill-partit Nazzjonalista.
“Qed nitkellem issa għax ma niflaħx aktar nisma kummenti bħal dawn. Jekk int veru ġenwin taf min hu mażun u qed jipprova juża lilek u oħrajn biex jibqa’ jimmanipola l-partit bħal ma għamel lil Fenech Adami u lil ta warajh u lil ta warajh’ kiteb Cuschieri.
Ikkummenta wkoll id-deputat Na
“L-ispekulazzjonjiet ilhom hem
Intant b’reazzjoni għall-akkuzi ta’ mażunerija, nies li qed jappoġġjaw lil Adrian infexxew f’tgħajjir u kliem ħażin u oxxen fil-konfront tal-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina.
Tant li Aqulina kien kostrett itella’ dak li fi kliemu sejjaħ bħala avviż lil kulhadd li l-bullying u theddid ma jaħdmux miegħu u saħansitra qal lin-nies ta’ Delia li meta jridu jistgħu jkeċċuh mill-Partit Nazzjonalista.