Lil Wayne, artist ta’ fama mondjali ttieħed l-isptar wara li kellu numru ta’ attakki tal-epilessija. Dan wara li nstab mitluf minn sensih f’kamra f’lukanda f’Chicago.
Dan tħabbar fuq midja barranija fejn ġie sostnut li l-artist li għandu 34 sena, li jbati bl-epilessija, kellu numru ta’ attakki u kellu attakk ieħor kif wasal fl-emerġenza.
Hu kien mistenni li jtella’ spettaklu f’Las Vegas il-Ħadd filgħaxija.
L-artist magħruf l-aktar għall-mużika rap, kien ingħata l-għajnuna sena ilu wara li kellu żewġ attakki.