Il-Korea t’Isfel wissiet li għandha indikazzjonijiet li l-Korea ta’ Fuq qed tipprepara biex tispara aktar missili – possibilment missila ballistika interkontinentali.
Uffiċjali tad-Difiża tal-Korea t’Isfel qalu li minn ħin għall-ieħor qed jistennew lill-Korea ta’ Fuq tispara dawn il-missili.
Uffiċjali tad-Difiża tal-Korea t’Isfel qalu li minn ħin għall-ieħor qed jistennew lill-Korea ta’ Fuq tispara dawn il-missili.
Fl-aħħar sigħat, il-Korea t’Isfel wettqet simulazzjoni t’attakk fuq is-sit nukleari tal-Korea ta’ Fuq, li nġibet f’filmat, u sar bħala tweġiba għas-sitt pprova bil-missili li wettqet il-Korea ta’ Fuq.
Il-filmat juri ballistiċi u rockets jiġu sparati minn fuq fighter jets u minn fuq l-art.
Dan kollu jsegwi twissija mill-Istati Uniti li kwalunkwe theddida għall-Amerka jew l-alleati tagħha se tfisser “tweġiba militari qawwija”.