Din l-istruttura li tidher fir-ritratt qed issib postha fis-sit tal-eks shipbuilding fil-Marsa bħala parti mix-xogħol li għaddej bil-għan li l-post jinbidel f’ċentru marittimu tal-ogħla livell. Dan is-sit huwa l-aħħar sit industrijali mal-baħar f’pajjiżna u għal snin twal kien abbandunat.
Iċ-ċentru, magħruf aħjar bħala oil & gas hub se jkun qed isir b’investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro u dawn ir-ritratti huma xhieda tax-xogħol li għaddej minn Ablecare Group li ntgħażlu wara sejħa internazzjonali li kien ħareġ il-Gvern bl-aġġudikazzjoni ssir f’Marzu tas-sena li għaddiet għalkemm wara segwew negozjati dwar il-konċessjoni.