Għajjat, aggressivitá u isteriżmu.
Fl-isfond tal-messaġġ tiegħu; mod ġdid, Adrian Delia organizza rally lejlet l-ewwel rawnd tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Iddisprat biex jiġbed il-voti tal-kunsilliera, Delia ntilef f’dagħdigħa liema bħala.
Iżda hu u jħambaq u jibni l-konfronti, uħud minn dawk quddiemu kien iktar moħħhom biex jimlew żaqqhom.
Beda bir-radd tas-salib u għamel kważi nofs siegħa jgħajjat b’ton iddisprat.
Adrian Delia li dejjem ippreżenta ruħu bħala mod ġdid, kien isteriku għall-aħħar.
Delia kompla b’diskors konfrontattiv u f’dagħdigħa li ntilef fiha beda jxejjer sebgħu u ħareġ kwalitajiet li ma huma inklussivi xejn.
Delia li qed jaspira li jsir Kap u futur Prim Ministru kompla jitlifha u qal hekk fuq id-dejn li għandu l-Partit Nazzjonalista.
L-avukat Karkariż kompla jgħajjat għax ried jirringrazzja lil ħuħ.
Bħal Simon Busuttil li għamel kampanja jħambaq u jgħajjat fit-toroq, Delia uża ton li jkexkex.
Bħalma fid-Dar Ċentrali, sejjaħ lill-Partit Laburista bħala l-għadu tiegħu, waqt ir-rally, Adrian Delia b’wiċċu jixhed disprament, silet parti mill-innu tal-Partit Nazzjonalista dwar l-għedewwa.
U jekk Simon Busuttil qal li Alla man-Nazzjonalisti, l-istess qal Delia, li bis-suppost mod ġdid tiegħu kompla juri l-aggressivita’ tiegħu.
U quddiem tal-isteriżmu kollu, lil dawk quddiemu, Adrian Delia appellalhom għall-attenzjoni u qalilhom li ħa jgħid kelmtejn kollox.
Dan fid-dawl li filwaqt Adrian Delia ntilef f’dagħdigħa, bosta minn dawk quddiemu kien iktar f’moħħhom biex jimlew żaqqhom.