Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Isla ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u baqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ żewġt’ibniet ta’ għaxra u tnax–il sena rispettivament.
Lesley Vella tressaq il-Qorti akkużat li x-xahar li għadda, f’Ħal Qormi u lokalitajiet oħrajn, uża t-teknoloġija biex ikkomunika mat-tifla ta’ tnax –il sena.
Allegatament qalilha biex jiltaqgħu, ikollhom x’jaqsmu sesswalment, u jikkorrompu tifla t’għaxar snin.
L-Ispettur Joseph Busuttil spjega fil-Qorti kif il-ġenituri taż-żewġt’ibniet marru għand il-Pulizija wara li waħda mit-tfal qalet lil kuġinuwha bl-abbuż.
Dan tal-aħħar qal lil ommu, li mbagħad avżat lill-ġenituri tat-tifla.
L-Ispettur spjega li filwaqt li l-akkużat mess lit-tifla t’għaxar snin, mat-tifla tat-tnax –il sena kien hemm penetrazzjoni.
Il-Qorti ħarġet ordni biex l-ismijiet tat-tfal ma jixxandrux.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…