Mara ta’ 78 sena ttajret minn karozza fil-Furjana misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli. Il-każ seħħ fi Triq Vinċenzo Bugeja, il-Furjana waqt li kien qiegħed jirriverjsa l-vettura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.