Il-Qorti Suprema tal-Kenja annullat ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali li saret ix-xahar li għadda, fejn qalet li kien hemm l-irregolaritajiet u orndat elezzjoni oħra fi żmien sittin jum.
Din id-deċiżjoni għamlet lil Kenja l-ewwel pajjiż Afrikan li kellha elezzjoni presidenzjali ddikjarata invalida minn qorti.
Il-kummissjoni elettorali kienet iddikjarat li Uhuru Kenyatta rebaħ b’marġni ta’ miljun u erba mitt elf vot.
Iżda l-oppożizzjoni argumentat li s-sistema informatika tal-kummissjoni kienet iħħekjata biex ir-riżultati jkunu mbgħabsa.