Ftit siegħat ‘l bogħod mill-logħba bejn Malta u l-Ingilterra titla’ banner b’messaġġ mill-isbaħ fl-Istadjum Nazzjonali f’ Ta’ Qali. Il-messaġġ jgħid “Il-kanċer m’għandux kuluri. Strieħ fis-sliem anġlu żgħir”.
L-‘eroj’ Bradley Lowery li seraq il-qalb ta’ miljuni ta’ nies, fl-età ta’ sitt snin tilef il-battalja kontra l-kanċer.
Dan it-tifel sar magħruf mad-dinja internazzjonali hekk kif ingħata l-opportunitá li qabel imut jaqta’ xewqtu.
Ix-xewqa tiegħu kienet li jmur fil-grawnd ta’ Sunderland u jiltaqa’ mal-plejers, ħolma li saret realtá u li wasslitu biex jirbaħ il-premju li kull plejer ikun jixtieq jirbaħ: “Match of the day’s goal of the Month award.” Dan huwa premju għall-aqwa gowl tax-xahar.
Iċ-ċkejken kellu kanċer rari li jissejjaħ neuroblastoma.