Lanċa tas-sajd rreġistrata Malta bħalissa tinsab maqbuda mill-awtoritajiet Libjani, fejn allegatament l-ekwipaġġ ġie arrestat.
Dan hekk kif allegatament minn fuq il-lanċa Giuseppe Padre, kien qed isir sajd illegali fl-ibħra territorjali Libjani.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li m’hemm ebda persuna Maltija abbord il-lanċa.