Adrian Delia qal li hu kuntent bir-rapport tal-kumitat tal-etika anke jekk ir-rapport tal-kumitat jinnota diversi nuqqasijiet li Adrian Delia ma spjegax.
“L-amministrattiv ħatar kumitat waqt proċess elettorali li kien diġa’ beda,” qal Adrian Delia li nnota li r-rapport jitlob li jsir skrutinju qabel jitniedew dawn l-elezzjonijiet.
Skont Adrian Delia l-kumitat ma sab li għamel xejn ħażin u kien l-amministrattiv tal-partit li sabu ħati.
“L-establishment minkejja l-kumitat li ħatar… qal li li jqis li in vista tar-riżultanżi ċari jkun xieraq li Adrian Delia jirrikundisra minn jeddu,” qal Delia li tenna li l-establishment tal-partit irid iħammiġlu ismu.
Adrian Delia qal li se jibqa’ kandidat u għalhekk nhar is-Sibt isejjaħ lill-kunsillieri biex jivvotaw ħalli l-partit jerġa’ jkun partit liberu.
Adrian Delia, qal li ltaqa’ ma’ Simon Busuttil, Kap Caretacker u tenna li Busuttil indikalu d-deċiżjoni tal-amministrattiv u tenna li meta talbu jgħidlu dwar xix għandu jirtira Busuttil ma kienx kapaċi jwieġbu.