Xita tal-monsoon ħalliet minn tal-inqas ħames persuni mejta, fosthom żewġt itfal, fil-Mumbai fl-Indja dan wara li ġie kkawżat għarar.
Diversi toroq spiċċaw taħt l-ilma, b’diversi titjiriet ġew ikkanċellati fejn saħansitra anke l-ferroviji twaqqfu. Dan kkawża biex eluf ta’ persuni spiċċaw l-art.
Għalkemm is-sitwazzjoni issa marret għall-aħjar, xorta mistennija li tinżel iktar xita.
Ix-xita bdiet nieżla wara li għarar ħakem il-parti t’Isfel tal-Asja, għarar li ħalla 1,200 persuna mejta.