Sinċerament minkejja li issa reġa’ beda l-futbol fuq it-televixin xorta waħda m’hemm xejn isbaħ milli tiftaħ borża popcorn jew naqra karawett u toqgħod taqra u tara dak li għaddej l-istamperija, jew dak li fadal minnha.
Sitwazzjoni fejn eks-Deputati tal-PN jibgħatu r-ritratti lill-blogger tal-ħdura li issa hemm ħafna fil-PN li qed iduqu ftit minn dak li ilhom iduqu bosta Laburisti għal snin twal, fuq delegati tal-PN stess. Sitwazzjoni fejn għaddejjha kampanja ċara u b’għanijiet aktar ċari biex ikun imminat Adrian Delia mit-tellieqa, tant li nħatar ‘kumitat fallaċi’ immexxi mill-mentor ta’ Simon Busuttil, Louis Galea u l-eks-pro-Rettur Maryanne Lauri li ħadmet tant ma’ Busuttil spalla ma’ spalla sa ftit xhur ilu u li se jagħtu risposta huma dwar il-futur ta’ Delia stess.
Sitwazzjoni fejn hemm allegazzjonijiet fuq kandidat ieħor Alex Perici Calascione li baqgħu mistura mill-Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Il-kandidat l-ieħor, Frank Portelli, jgħid li l-elezzjoni mbagħbsa u l-kandidat li ġej minn Għawdex Chris Said, qiegħed jaħdem f’tandem ma’ Jason Azzopardi li dan tal-aħħar jikkumenta fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza mill-Kap tal-PN. Inċidentalment Jason Azzoapardi huwa l-iktar wieħed li qala’ kundanni mill-Awditur u Said għandu rapport tal-Awditur fuq l-operat tal-Kunsill Lokali tan-Nadur u l-Ganga styles tiegħu.
Delia jgħid li l-għadu tiegħu huwa l-Partit Laburista, iżda huwa ċar li l-vleġeġ ġejjin minn pass ‘il bogħod.
Is-sitwazzjoni hi kaotika.
Kunsilliera, ġurnalisti u attivisti tal-PN kulħadd jaqla’ bl-addoċċ lill-Partit Nazzjonalista, lill-Kap caretaker u ‘l-idejn moħbija’ fuq kif din it-tellieqa spiċċat minn waħda bejn il-‘ħbieb’ għal waħda li firdet Partit sħiħ.
Sinċerament, Ħadd wara Ħadd vera tasal ta’ kulħadd…